Friday, April 16, 2010

Ktieb gdid ta' Helen Camilleri u Therese Pace

SILTASTORJA-HELEN CAMILLERI U THERESE PACE

Pubblikazzjoni Wise Owl ISBN 978-99932-97-09-3

KTIEB BIL-MALTI TA’ TAĦRIĠ IL-FEHEM


SILTASTORJA hu ktieb ta’ taħrġ il-fehem immirat lejn studenti ta’ bejn is-seba’ u t-tnax-il sena li jeħtieġu s-sempliċità fil-prattika ta’ din il-ħila. Eżerċizzju ta’ qari ta’ siltiet ħfief u t-tweġib tal-mistoqsijiet dwarhom, biex l-istudenti jitħarrġu u jitjiebu f’din it-taqsima tal-Malti.

Il-ktieb jagħti spunti lill-istudenti biex jaqraw, jifhmu, iħaddmu moħħhom u permezz tal-mistoqsijiet magħżula apposta, jidraw jesprimu l-fehmiet tagħhom. L-istudenti jisiltu wkoll tagħlimiet utli għal ħajjithom.

SILTASTORJA hu mżewwaqbi tpinġijiet, b’siltiet qosra u faċli b’temi u forom varji, li għandhom jintogħġbu u jgħinu biex l-istudenti jieħdu gost waqt li jitgħallmu.

No comments: