Sunday, April 07, 2013

Qari ta' poeżiji fi ħdan l-Għaqda Poeti Maltin

L-Għaqda Poeti Maltin ilha minn Jannar li għadda toffri opportunita' lill-membri tagħha u lil dawk kollha li għandhom il-poeżija għal qalbhom biex jaqraw il-versi tagħhom u jisimgħu poeżiji moqrija b'ilsna differenti. Dan qed isir kull l-ewwel Sibt ta' kull xahar bejn l-10 u 12 p.m. L-ewwel laqgħat saru fil-Cafe' Rocher. Issa qed isiru fil-Kafe' tad-Dar tal-Emigrant. L-atmosfera hij waħda informali għall-aħħar u wieħed jista' jiekol u jixrob xi ħaġa waqt li jaqra u jisma' poeżiji differenti. Kulħadd huwa mistieden li jipparteċipa u d-dħul huwa b'xejn.



Fir-ritratti jidhru tliet waqtiet differenti mill-aħħar laqgħa fid-Dar tal-Emigrant, is-Sibt, 6 ta' April. 


No comments: